Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ April 2016 – Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH

(Kawża C-230/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Germany GmbH

Konvenuta: Parfümerie Akzente GmbH

Domandi preliminari

Is-sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva dwar id-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ lussu u ta’ prestiġju u intiżi prinċipalment sabiex tinżamm id-“dehra ta’ lussu” tal-imsemmija prodotti jikkostitwixxu element ta’ kompetizzjoni konformi mal-Artikolu 101(1) TFUE?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Il-projbizzjoni assoluta, imposta fuq il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li joperaw bħala bejjiegħa bl-imnut fis-suq, li jintużaw impriżi terzi identifikabbli għall-bejgħ bl-internet, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-kwistjoni dwar jekk ġewx miksura b’mod konkret ir-rekwiżiti leġittimi tal-produttur għal dak li jirrigwarda l-kwalità, tista’ titqies li hija element ta’ kompetizzjoni konformi mal-Artikolu 101(1) TFUE?

L-Artikolu 4(b) tar-Regolament (UE) Nru 330/2010 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni, imposta fuq il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li joperaw bħala bejjiegħa bl-imnut fis-suq, li jintużaw impriżi terzi identifikabbli għall-bejgħ bl-internet, tikkostitwixxi restrizzjoni minħabba l-għan tal-klijentela tal-bejjiegħ bl-imnut?

L-Artikolu 4(c) tar-Regolament (UE) Nru 330/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni, imposta fuq il-membri ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva li joperaw bħala bejjiegħa bl-imnut fis-suq, li jintużaw impriżi terzi identifikabbli għall-bejgħ bl-internet, tikkostitwixxi restrizzjoni minħabba l-għan tal-bejgħ passiv lill-utenti finali?

____________

1 Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010, tal-20 ta’ April 2010, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, p. 1).