Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof ʼs-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2018 – IO vs Inspecteur van de rijksbelastingdienst
(Kawża C-420/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof ʼs-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IO
Konvenut: Inspecteur van de rijksbelastingdienst
Domanda preliminari
Membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni, jinsab f’pożizzjoni ta’ subordinazzjoni għall-imsemmi bord ta’ sorveljanza iżda li, fir-rigward tal-kumplament, ma jinsabx f’tali pożizzjoni għall-bord ta’ sorveljanza jew għall-fondazzjoni, jeżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu b’mod indipendenti fis-sens tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?
____________
1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.