Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Hochtief AG vs Budapest Főváros Önkormányzata

(Kawża C-300/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG

Konvenut: Budapest Főváros Önkormányzata (Komun ta’ Budapest, l-Ungerija)

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekudi dispożizzjoni proċedurali ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-preżentata ta’ kull talba ċivili bbażata fuq ksur ta’ regola fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi għall-kundizzjoni li kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew qorti – adita b’appell mid-deċiżjoni tal-kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – j/tiddikjara b’mod definittiv li kien hemm ksur ta’ din ir-regola?

Dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi, bħala kundizzjoni preliminari għall-preżentata ta’ talba għad-danni, li kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew qorti – adita b’appell mid-deċiżjoni tal-kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi – j/tiddikjara b’mod definittiv li kien hemm ksur ta’ din ir-regola, tista’ tiġi ssostitwita b’dispożizzjoni oħra li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni. Jiġifieri, teżisti l-possibbiltà li persuna ppreġudikata tipprova l-ksur tar-regola b’mezzi oħra?

Fil-kuntest ta’ kawża għad-danni, hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, għall-prinċipji ta’ effettività u ta’ ugwaljanza, jew tista’ tippreġudika tali dritt jew tali prinċipji, dispożizzjoni proċedurali ta’ Stat Membru li tipprovdi għall-kontestazzjoni legali ta’ deċiżjoni amministrativa esklużivament abbażi tal-motivi invokati fil-proċedimenti quddiem il-kumitat arbitrali fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, anki meta l-persuna ppreġudikata, insostenn tal-imsemmi ksur tar-regola, tkun tista’ tinvoka biss l-illeġittimità tad-deċiżjoni tiegħu tal-esklużjoni tagħha abbażi tal-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interess, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali li twassal għall-esklużjoni tagħha mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku għal raġuni oħra, prevista mill-istess dispożizzjoni proċedurali nnegozjata, jiġifieri t-tibdil tal-applikazzjoni tagħha.

____________