Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Martin Wächtler vs Finanzamt Konstanz

(Kawża C-581/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martin Wächtler

Konvenut: Finanzamt Konstanz

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni tal-21 ta’ Ġunju 1999 1 , li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002, b’mod partikolari l-preambolu tiegħu u l-Artikoli 1, 2, 4, 6, 7, 16 u 21 tiegħu u l-Artikolu 9 tal-Anness I tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, sabiex tevita kull telf ta’ natura fiskali, it-tassazzjoni (mingħajr posponiment) ta’ apprezzamenti latenti li jkunu għadhom mhux irrealizzati fil-valur ta’ drittijiet ta’ kumpannija, meta ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, li jkun inizjalment taxxabbli b’mod illimitat f’dan l-Istat Membru, jittrasferixxi d-domiċilju tiegħu minn dan l-Istat Membru lejn l-Isvizzera, u mhux lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn Stat li għalih japplika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea?

____________

1 ĠU 2009 L 353, p. 71.