Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta' Novembru 2011 - T-Mobile Austria GmbH vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-616/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-Mobile Austria GmbH.

Konvenuta: Verein für Konsumenteninformation

Domandi preliminari

L-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE  għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu japplika wkoll għar-relazzjoni kuntrattwali bejn operatur ta' telefonija ċellulari, bħala benefiċjarju, u l-klijent tiegħu (konsumatur), bħala pagatur?

Formola ta' trasferiment ta' ħlas iffirmata bl-idejn mill-pagatur u/jew il-proċedura għall-ordnijiet ta' trasferiment ta' ħlas ibbażata fuq formola ta' trasferiment ta' ħlas debitament iffirmata, kif ukoll il-proċedura miftiehma sabiex jinħarġu ordnijiet ta' trasferiment ta' ħlas permezz tal-online banking ("Telebanking") għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti ta' ħlas fis-sens tal-Artikolu 4(23) u tal-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE?

L-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu benefiċjarju milli jimponi spejjeż b'mod ġenerali u, b'mod partikolari, milli jiddistingwi bejn strumenti ta' ħlas differenti?

____________

1 - Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Novembru 2007, dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, p. 1)