Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 taʼ April 2013 - Ir-Renju taʼ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-274/11 u C-295/11)

(Privattiva unitarja - Deċiżjoni li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329(1) TFUE - Rikors għal annullament minħabba inkompetenza, użu ħażin taʼ poter u ksur tat-Trattati - Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 TUE kif ukoll 326 TFUE u 327 TFUE - Kompetenza mhux esklużiva - Deċiżjoni adottata 'bħala l-aħħar għażlaʼ - Preżervazzjoni tal-interessi tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol u t-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju taʼ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Intervenjenti insostenn tar-Renju taʼ Spanja: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Taljana: Ir-Renju taʼ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Middleton u F. Florindo Gijón kif ukoll A. Lo Monaco, sussegwentement T. Middleton u F. Florindo Gijón kif ukoll M. Balta u K. Pellinghelli, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet kif ukoll J.-C. Halleux u T. Materne, aġenti), Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Kemper, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: D. OʼHagan, aġent, assistit minn N. J. Travers, BL), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard kif ukoll G. de Bergues u A. Adam, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Molnár, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna kif ukoll E. Gromnicka u M. Laszuk, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda taʼ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth, aġent, assistit minn T. Mitcheson, barrister), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Díez Parra u G. Ricci kif ukoll M. Dean, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral kif ukoll T. van Rijn, B. Smulders, F. Bulst u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE, tal-10 taʼ Marzu 2011, li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien taʼ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 76, p. 53) - Użu ħażin taʼ poter - Ksur tas-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Renju taʼ Spanja għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-274/11.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-295/11.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda taʼ Fuq, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 - ĠU C 219, 23.07.2011. ĠU C 232, 06.08.2011.