Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (l-Isvezja) fil-15 ta’ Diċembru 2017 — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson

(Kawża C-705/17)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Patent-och registreringsverket

Konvenut: Mats Hansson

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evalwazzjoni globali tal-fatturi rilevanti kollha li għandha ssir f’evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tista’ tiġi affettwata mill-fatt li element tat-trade mark ġie espliċitament eskluż mill-protezzjoni meta ssir ir-reġistrazzjoni, jiġifieri li hekk imsejħa disclaimer [id-dikjarazzjoni ta’ rinunzja milli titlob drittijiet esklussivi] tkun iddaħħlet meta saret ir-reġistrazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, id-dikjarazzjoni f’każ bħal dan tista’ taffettwa l-evalwazzjoni globali b’tali mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-element inkwistjoni iżda tagħtih importanza iktar limitata jiġifieri li ma jkunx meqjus li jkollu karattru distintiv, anki jekk l-element ikun de facto distintiv u prominenti fit-trade mark preċedenti?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u risposta negattiva għat-tieni domanda, id-dikjarazzjoni tista’ xorta waħda taffettwa l-evalwazzjoni globali b’xi mod ieħor?

____________

1     Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).