Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2013 – Bayer CropScience vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, u P. Harrison, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013, tal-24 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU L 139, p. 12); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li billi adottat ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament Nru 1107/2009 1 (iktar ’il quddiem ir-“regolament ta’ awtorizzazzjoni” u fuq il-fatt li l-miżura kkontestata hija għaldaqstant nieqsa minn bażi legali adatta peress li:

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 21 tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni billi: (i) naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni data ta’ monitoraġġ li turi li s-sustanzi attivi inkwistjoni ma kinux jippreżentaw riskji inaċċettabbli għan-naħal; u (ii) ikkonkludiet, b’mod żbaljat, li kien hemm informazzjoni xjentifika ġdida u rilevanti li tagħti lill-Kummissjoni setgħa li taġixxi; u

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni billi pprojbixxiet il-bejgħ ta’ żrieragħ ittrattati bis-sustanzi attivi inkwistjoni mingħajr ma stabbilixxiet l-eżistenza ta’ “tħassib sostanzjali” li ż-żrieragħ ittrattati “[jistgħu] jikkostitwixxu riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent” li “ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti” permezz ta’ miżuri oħra.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata kienet ġiet adottata b’mod li kien jikser l-Artikolu 12(2) u l-punt 3.8.3 tal-Anness II tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni, u ċaħdet l-aspettativi leġittimi tar-rikorrenti, peress li:

ir-regolament ta’ awtorizzazzjoni kien jipprovdi li, u r-rikorrenti kellha aspettativi leġittimi li, gwida eżistenti u applikabbli kienet ser tintuża sabiex jitwettqu l-evalwazzjonijiet tar-riskju li taw lok għall-miżura kkontestata, iżda dik il-gwida eżistenti u applikabbli kienet ġiet injorata favur opinjoni xjentifika li ma kinitx tikkostitwixxi gwida u favur abbozz ta’ dokument ta’ gwida li la kien disponibbli u lanqas approvat.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni li l-Kummissjoni għamlet tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni meta adottat il-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà u ksur tal-libertà tal-intrapriża, peress li:id-deċiżjonijiet li jitneħħew (u li jiġu mmodifikati) l-approvazzjonijiet għall-prodotti tar-rikorrenti kienu bbażati fuq applikazzjoni illegali tar-regolament ta’ awtorizzazzjoni li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b’mod adegwat it-tradizzjoni twila ta’ użu mhux perikoluż tas-sustanzi attivi inkwistjoni jew il-valur u l-portata tal-proprjetà intelletwali u tal-investimenti għal żmien twil tar-rikorrenti f’dak li jikkonċerna dawn is-sustanzi attivi.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżura kkontestata kienet ġiet adottata wara proċedura li naqset milli tirrispetta d-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, peress li:it-twettiq tal-evalwazzjonijiet tar-riskju rilevanti abbażi ta’ opinjoni xjentifika u abbażi ta’ abbozz ta’ dokument ta’ gwida (minflok abbażi tal

-gwida eżistenti u applikabbli) awtomatikament wasslet għall-identifikazzjoni ta’ “lakuni fid-data” li r-rikorrenti qatt ma kellha l-opportunità tindirizza.Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tal-miżura kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li:f’numru ta’ oqsma (inkluż fir-restrizzjonijiet tagħha ta’ użu tal-prodotti tar-rikorrenti fuq weraq, minn persuni mhux professjonali u fuq ġewwa), il-miżura kkontestata tmur lil

hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u tista’ anki tippreġudikahom, u l-Kummissjoni naqset milli tqis possibiltajiet ta’ regolamentazzjoni

inqas restrittivi li hija kellha għad-dispożizzjoni tagħha.Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tal-miżura kkontestata tikser il-prinċipju ta’ prekawzjoni, peress li:din l-adozzjoni, inter alia, kienet tinvolvi li l-Kummissjoni, bħala persuna responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju, tadotta

approċċ purament ipotetiku tar-riskju, li kien ibbażat fuq sempliċi konġettura u li ma kienx xjentifikament ivverifikat (l-

evalwazzjonijiet tar-riskji ma jikkostitwixxux, fil-biċċa l-kbira, evalwazzjonijiet xjentifiċi kompluti) u kienet tinvolvi li l-Kummissjoni tirrifjuta li twettaq xi analiżi tal-benefiċċji potenzjali u tal-ispejjeż tal-azzjonijiet tagħha.

____________

____________

1  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li