Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Lulju 2012 - Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG, Sanha Italia Srl vs vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-264/11 P) 

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Sanzjoni - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u ta' prodotti li jinkludu r-ram - Valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta' klemenza)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG, Sanha Italia Srl (rappreżentanti: J. Brück, Rechtsanwalt)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-24 ta' Marzu 2011 - Kaimer et vs Il-Kummissjoni (T-379/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180 finali, tal-20 ta' Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u ta' prodotti li jinkludu r-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti - Żnaturament tal-provi - Evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta' klemenza - Ksur tal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG u Sanha Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011