Language of document :

Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2017 mis-Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-172/17, Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-467/17 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss (rappreżentant: F. Longo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tad-29 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lis-Società agricola Taboga Leandro e Fidenato Giorgio Ss tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________