Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Fedecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/09) 

("Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - 'Pjanijiet ta' kontinġenza' intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta' għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Argumenti li jmorru kontra l-punti ta' fatt prodotti matul il-proċedura amministrattiva - Għajnuna għall-funzjonament - Aspettattivi leġittimi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération de l'organisation économique fruits et légumes (Fedecom) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 203 finali, tat-28 ta' Jannar 2009, dwar il-"pjanijiet ta' kontinġenza" fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Fédération de l'organisation économique fruits et légumes (Fedecom) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.2009.