Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Jannar 2015 – Universal Music International Holding BV vs Michael Tétreault Schilling et

(Kawża C-12/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Universal Music International Holding BV

Konvenuti: Michael Tétreault Schilling, Irwin Schwartz, Josef Brož

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq” jista’ jitqies li huwa l-post fi Stat Membru fejn seħħ id-dannu, meta tali dannu jkun jikkonsisti esklużivament f’dannu patrimonjali, li huwa l-konsegwenza diretta ta’ att illegali li seħħ fi Stat Membru ieħor?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Fuq il-bażi ta’ liema kriterju jew ta’ liema fattur għandha l-qorti nazzjonali, fl-evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, tiddetermina jekk, f’dan il-każ, hemmx inkwistjoni dannu patrimonjali li jirriżulta direttament minn aġir illegali (“dannu patrimonjali inizjali” jew “dannu patrimonjali dirett”), jew inkella dannu patrimonjali li jirriżulta minn dannu inizjali li seħħ f’post ieħor jew dannu li huwa l-konsegwenza ta’ dannu li seħħ f’post ieħor (“dannu konsekuttiv” jew “dannu indirett”)?Fuq il-bażi ta’ liema kriterju jew ta’ liema fattur, il-qorti nazzjonali għandha, fl-evalwazzjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, tiddetermina l-post fejn seħħ jew għandu jitqies li seħħ f’dan il-każ id-dannu patrimonjali, kemm dirett kif ukoll indirett?Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali, li għandha tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni f’dan il-każ fis-sens ta’ dan ir-regolament, għandha tibbaża ruħha, fl-evalwazzjoni tagħha, fuq l-argumenti rilevanti tar-rikorrent jew tal-applikant, jew għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-provi li l-konvenut ipproduċa sabiex jikkontesta dawn l-argumenti?