Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta' Novembru 2009 - Euro Tyre Holding vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-430/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Tyre Holding BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT1, kif ukoll tal-Artikolu 8(1)(a) u (b), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28a(1)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28b(A)(1) tal-istess direttiva, kif għandu jiġi ddeterminat, fil-każ fejn l-istess oġġetti jkunu s-suġġett ta' żewġ provvisti suċċessivi mwettqa bejn żewġ persuni taxxabbli li jaġixxu bħala tali, b'tali mod li jista' jiġi kkunsidrat li kien hemm tluq jew trasport intra-Komunitarju wieħed ta' oġġetti, fuq liema provvista għandu jiġi imputat it-trasport Komunitarju ladarba t-trasport jitwettaq minn, jew f'isem, persuna li jkollha kemm il-kwalità tax-xerrej, fil-kuntest tal-ewwel provvista, kif ukoll dik tal-bejjiegħ, fil-kuntest tat-tieni provvista?

____________

1 - Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1)