Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Catanzaro (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2015 – Esse Di Emme Costruzioni Srl vs Tribunale Amministrativo Regionale della Calabria, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-59/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Catanzaro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Esse Di Emme Costruzioni Srl

Konvenuti: Tribunale Amministrativo Regionale della Calabria, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

Il-prinċipju stabbilit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – żviluppat, fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, mill-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1989 1 –, li abbażi tiegħu kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu ġew miksura għandha tingħata rimedju effettiv quddiem qorti, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 9, 13 u 14 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 115, tat-30 ta’ Mejju 2002, applikabbli fil-każ ineżami, li timponi, għall-finijiet tal-aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, il-ħlas ta’ kontribut unifikat li l-ammont tiegħu huwa ogħla minn dak li huwa previst għall-aċċess għal qorti amministrattiva f’oqsma oħra?