Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Ġunju 2012 - Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-494/11 P) 2

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters - Multi - Kumpannija parent u sussidjarji - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company (rappreżentanti: A. Winckler u D. Gerard, avukati, J. Temple Lang u C. Cook, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, R. Sauer u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta' Lulju 2011 - General Technic Otis et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta' Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 - PO/Liftijiet u Eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti ta' proġetti u ta' kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta' informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti - Responsabbiltà ta' kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Otis Luxembourg Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV u Otis Elevator Company huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 -

2 - ĠU C 347, 26.11.2011