Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Mejju 2015 – Vasilka Ivanova Gogova vs Ilia Dimitrov Iliev

(Kawża C-215/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vasilka Ivanova Gogova

Konvenut: Ilia Dimitrov Iliev

Domandi preliminari

Il-possibbiltà, prevista mil-liġi, li l-qorti ċivili tagħti soluzzjoni għat-tilwima fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri rigward il-vjaġġ barra mill-pajjiż tal-wild u l-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identità tikkostitwixxi kawża marbuta ma’ “l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri” fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 2(7), li għalih jista’ japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, jekk il-liġi materjali applikabbli tipprevedi eżerċizzju konġunt ta’ dawn id-drittijiet tal-ġenituri fir-rigward tal-wild tagħhom? uIl-motivi li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni internazzjonali japplikaw għal kawża ċivili marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri meta d-deċiżjoni tissostitwixxi fatt ġuridiku importanti għall-proċedura amministrattiva rigward il-wild u meta l-liġi applikabbli tipprevedi li din il-proċedura għandha ssir fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea speċifiku?Għandu jitqies li hemm proroga tal-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 u fil-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożi

zzjoni meta r-rappreżentant tal-konvenut ma jkunx ikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti iżda ma jkunx ġiex awtorizzat mill-konvenut u ġie maħtur mill-qorti minħabba diffikultajiet ta’ notifika lill-konvenut u ta’ parteċipazzjoni tiegħu fil-proċedura, personalment jew permezz ta’ rappreżentant maħtur minnu?