Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 – Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-199/13 P) 1

[Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura – Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) – Restrizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-akrilammid – Regolament (UE) Nru 366/2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u P. Oliver, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Frar 2013, Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni (T-368/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 101, p. 12) sa fejn jistabbilixxi restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-akrilammid għall-applikazzjonijiet tal-mili tal-filiDispożittivL-appell huwa miċħud.Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS u Travetanche Injection SPRL huma kkundannati għall-ispejjeż.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.