Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - Kaučuk vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/07)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Parteċipazzjoni f'akkordju - Responsabbiltà għall-ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti ")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaučuk a.s. (Kralupy nad Vltavou, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: inizjalment M. Powell u K. Kuik, sussegwentement M. Powell, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalement M. Kellerbauer, V. Bottka u O. Weber, sussegwentement M. Kellerbauer, V. Bottka u V. Di Bucci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, f'dak li jirrigwarda Kaučuk a.s., tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta' Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 - Gomma butadiene u gomma stirene-butadiene magħmula bil-proċess ta' polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni) jew sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Kaučuk.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni C (2006) 5700 finali tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 - Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-polimerizzazzjoni permezz ta' emulsjoni), hija nulla sa fejn tirrigwarda lill-Kaučuk a.s.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 14.4.2007.