Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Anbouba vs Il-Kunsill

(Kawża T-592/11) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Oneru tal-prova – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M.-M. Joséphidès, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u [li] tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 126, p. 3), sa fejn l-isem tar-rikorrent jinsab fil-lista tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu mġarrab.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Issam Anbouba huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 25, 28.01.2012.