Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Frar 2018 – SM vs Entry Clearance Officer, UK Visa Section

(Kawża C-129/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SM

Konvenut: Entry Clearance Officer, UK Visa Section

Intervenjenti: Coram Children’s Legal Centre (CCLC) u Centre for Advice on Individual Rights in Europe (AIRE)

Domandi preliminari

Tifel jew tifla li tinsab taħt tutela legali permanenti ta’ ċittadin jew ċittadini tal-Unjoni, taħt “kefalah” jew xi tip ta’ arranġament ekwivalwnti previst mil-liġi tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, hija “dixxendent dirett” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38 1 ?

Dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 27 u 35, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jiġi miċħud id-dħul lil tali tfal jekk ikunu vittmi ta’ sfruttament, abbuż jew traffikar jew jekk ikun hemm ir-riskju li jiġrilhom hekk?

Stat Membru għandu dritt jinvestiga, qabel ma jirrikonoxxi lil tifel jew tifla li ma hijiex dixxendent b’konsangwinità taċ-ċittadin taż-ŻEE bħala dixxendent dirett taħt l-Artikolu 2(2)(c), jekk il-proċeduri għat-tqegħid tat-tifel jew tat-tifla fit-tutela jew fil-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin taż-ŻEE kinux tali li jieħdu suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi ta’ dak it-tifel jew tifla?

____________

1 Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).