Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – Katarína Haasová vs Rastislav Petrík, Blanka Holingová

(Kawża C-22/12) 1

(Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 72/166/KEE – Artikolu 3(1) – Direttiva 90/232/KEE – Artikolu 1 – Inċident tat-traffiku – Mewt ta’ passiġġier – Dritt għal kumpens ta’ konjuġi u ta’ tfal minorenni – Dannu mhux materjali – Kumpens – Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katarína Haasová

Konvenuti: Rastislav Petrík, Blanka Holingová

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Krajský súd v Prešove - Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10) - Estensjoni tal-garanzija favur terzi mill-assigurazzjoni obbligatorja - Dispożizzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għal kumpens għad-danni morali

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-Artikolu 1(1) u (2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendat bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur għandha tkopri l-kumpens tad-danni mhux materjali subiti mill-qraba tal-vittmi li mietu f’inċident tat-traffiku sa fejn dan il-kumpens huwa previst taħt ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna assigurata mid-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.

____________

1 ĠU C 98, 31.03.2012.