Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta' Marzu 2013 - Il-Konfederazzjoni Svizzera vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Landkreis Waldshut

(Kawżi Magħquda C-547/10 P) 

(Appell - Relazzjonijiet barranin - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Regolament (KEE) Nru 2408/92 - Aċċess għat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji - Artikoli 8 u 9 - Kamp ta' applikazzjoni - Eżerċizzju tad-drittijiet ta' traffiku - Deċiżjoni 2004/12/KE - Miżuri Ġermaniżi dwar l-approċċi lejn l-ajruport ta' Zurich - Obbligu ta' motivazzjoni - Nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità - Oneru tal-prova)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Konfederazzjoni Svizzera (rappreżentanti: S. Hirsbrunner, avukat)]

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn, K. Simonsson u K.-P. Wojcik, aġenti); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, aġent u T. Masing, avukat); Landkreis Waldshut (rappreżentant: M. Núñez Müller, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta' Settembru 2010 - L-Isvizzera vs Il-Kummissjoni (T-319/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-Konfederazzjoni Svizzera, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/12/KE, tal-5 ta' Diċembru 2003, dwar l-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, Aċċess għat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU 1993 L 15, p. 33) - Miżuri adottati mill-Ġermanja dwar l-approċċi lejn l-ajruport ta' Zurich - Evalwazzjoni żbaljata tal-applikabbiltà tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 għall-miżuri inkwistjoni - Interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-obbligu ta' motivazzjoni tal-Kummissjoni - Nuqqas ta' teħid inkunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-operaturi tal-ajruport u tal-persuni li jgħixu fil-viċinanzi tiegħu - Ksur tal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u ta' proporzionalità

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Konfederazzjoni Svizzera hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż kollha sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta' dan l-appell.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Landkreis Waldshut għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU 30, 29.01.2011.