Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-336/07) 

"Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Spanjoli tal-aċċess għall-internet permezz tal-broadband - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Kompressjoni tal-marġni tal-prezzijiet - Definizzjoni tas-swieq - Pożizzjoni dominanti - Abbuż - Kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni tal-prezzijiet - Effetti tal-abbuż - Kompetenza tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Sussidjarjetà - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Kooperazzjoni leali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Multi"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja); u Telefónica de España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz u S. Sorinas Jimeno, sussegwentement minn F. González Díaz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u K. Mojzesowicz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: France Telecom España, SA (Pozuelo de Alarcon, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Lage, H. Brokelmann u M. Ganino, avukati); Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc Consumo) (Madrid) (rappreżentanti: L. Pineda Salido u I. Cámara Rubio, avukati); u European Competitive Telecommunications Association (Wokingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Di Stefano u A. Salerno, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3196 finali, tal-4 ta' Lulju 2007, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/38.784 - Wanadoo España vs Telefónica), u sussidjarjament, talba għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Telefónica, SA u Telefónica de España, SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn France Telecom España, SA, mill-Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc Consumo) u mill-European Competitive Telecommunications Association, skont kif mitlub minn dawn tal-aħħar.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.