Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja Awla) tat-18 ta' Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) - Oliver Brüstle vs Greenpeace eV

(Kawża C-34/10) 1

(Direttiva 98/44/KE - Artikolu 6(2)(ċ) - Protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi - Kisba ta' ċelloli prekursuri minn ċelloli staminali embrijoniċi umani - Brevettabbiltà - Esklużjoni tal-'użi ta' l-embrjonijiet [umani] għal għanijiet industrijali jew kummerċjali' - Kunċetti ta' 'embriju uman' u ta' 'l-użu għal għanijiet industrijali jew kummerċjali')

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oliver Brüstle

Konvenuta: Greenpeace eV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesgerichtshof - Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 395) - Kisba, għall-finijiet ta' riċerka xjentifika, ta' ċelloli prekursuri minn ċelloli staminali embrijoniċi umani imnissla mill-blastoċista, li diġà tilef il-kapaċita li jiżviluppa f'esseri uman - Esklużjoni mill-brevetibbiltà ta' dan il-proċess bħala "użu ta' embriji umani għal finijiet industrijali jew kummerċjali"? - Kunċett ta' "embriju uman" u ta' "użu għal finijiet industrijali jew kummerċjali"

Dispożittiv

L'Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Lulju 1998, dwar il protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li:

-    tikkostitwixxi "embriju uman" kull bajda umana sa mill-istadju tal-fertilazzjoni tagħha, kull bajda umana mhux iffertilizzata li fiha ġie impjantat nukleu ta' ċellola umana matura u kull bajda umana mhux iffertilizzata li, permezz tal-partenoġenesi, ġiet stimulata sabiex tinqasam u tiżviluppa;

-    huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tiddetermina, fid-dawl tal-iżviluppi tax-xjenza, jekk ċellola staminali miksuba minn embriju uman fl-istadju tal-blastoċisti tikkostitwixxix "embriju uman" fis-sens tal-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44.

2)    L-esklużjoni mill-brevettabbiltà li tirrigewarda l-użu ta' embriji umani għal għanijiet industrijali jew kummerċjali msemmija fl-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44 tirrigwarda wkoll l-użu għal finijiet ta' riċerka xjentifika, u huwa biss l-użu għal finijiet terapewtiċi jew dijanjostoċi li jiġu applikati fuq l-embriju uman u li huma utli għalih, li jista' jkun is suġġett ta' privattiva.

3)    L-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44 jeskludi l-brevettabbiltà ta' invenzjoni meta l-edukazzjoni teknika li hija s-suġġett tal-applikazzjon għal privattiva tirrikjedi l-qerda minn qabel ta' embriji umani jew l-użu tagħhom bħala materjal iniżjali, ikun xi jkun l-istadju li fih isiru dawn u anki jekk id-deskrizzjoni tal-edukazzjoni teknika mitluba ma ssemmix l-użu ta' embriji umani.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.