Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Genentech Inc. vs Hoechst GmbH, li kienet Hoechst AG, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

(Kawża C-567/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Genentech Inc.

Konvenuta: Hoechst GmbH, li kienet Hoechst AG, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 tat-Trattat li sar l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-każ ta’ annullament tal-privattivi, jiġi applikat kuntratt ta’ liċenzja li jimponi fuq il-persuna liċenzjata l-obbligu li tħallas ir-royalties għas-sempliċi użu tad-drittijiet marbuta mal-privattivi liċenzjati?