Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin - il-Ġermanja) – Naime Dogan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-138/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Protokoll Addizzjonali – Artikolu 41(1) – Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadini Torok – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ il-prova ta’ konoxxenzi lingwistiċi bażiċi għall-membru tal-familja li jixtieq jidħol fit-territorju nazzjonali – Ammissibbiltà – Direttiva 2003/86/KE – Riunifikazzjoni tal-familja – Artikolu 7(2) – Kompatibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Naime Dogan

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, li jikkonkludi l-Protokoll Addizzjonali u l-Protokoll Finanzjarju ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola ta’ “standstill” stabbilita f’din id-dispożizzjoni tipprekludi miżura tad-dritt nazzjonali, introdotta wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi protokoll addizzjonali fl-Istat Membru kkonċernat, li timponi fuq l-konjuġi ta’ ċittadini Torok residenti fl-imsemmi Stat Membru, li jixtiequ jidħlu fit-territorju ta’ dan l-Istat għar-riunifikazzjoni tal-familja, il-kundizzjoni li jipproduċu prova bil-quddiem tal-kisba ta’ konoxxenzi lingwistiċi bażiċi tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru.

____________

1 ĠU C 171, 15.06.2013.