Language of document :

Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 minn Ferriere Nord SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-90/10, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-88/15 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

prinċipalment, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2014, mogħtija fil-Kawża T-90/10, sa fejn din ċaħdet it-talba prinċipali ta’ Ferriere Nord, intiża għall-annullament totali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, kif emendata u kkompletata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 992 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009.

konsegwentement, tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2014, mogħtija fil-Kawża T-90/10, sa fejn din ċaħdet it-talba sussidjarja ta’ Ferriere Nord, intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, kif emendata u kkompletata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009 u, konsegwentement, it-tnaqqis tal-multa imposta;

konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq u tistabbilixxi tnaqqis ikbar (minn dak li diġà ngħata mill-Qorti Ġenerali) tas-sanzjoni imposta;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

I - Distorsjoni manifesta, kif jirriżulta mill-atti, tal-fatti u tal-provi fir-rigward tan-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li timponi sanzjonijiet fuq Ferriere Nord – Assenza illegali ta’ konstatazzjoni tal-kontradizzjonijiet manifesti fil-motivazzjonijiet tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni – Ksur tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova.II - Ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003  sa fejn ma ġietx innotifikata minn qabel “dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet” ġdida – Ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi – Żnaturament manifest, li jirriżulta mill-atti, tal-fatti u tal-provi – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Ksur tad-dritt ta’ smigħ quddiem l-uffiċjal tas-seduta.III - Ksur tar-regoli tal-proċedura interni tal-Kummissjoni (u, għaldaqstant, tad-dritt primarju u derivat tal-Unjoni fil-qasam tal-multilingwiżmu) sa fejn ir-rapport finali tal-uffiċjal tas-seduta bil-lingwa awtentika huwa datat iktar tard mid-deċiżjoni adottata mill-Kulleġġ tal-Kummissarji fit-30 ta’ Settembru 2009.IV - Tul tal-parteċipazzjoni ta’ Ferriere Nord fl-akkordju – Żbalji ta’ liġi

fl-evalwazzjoni tal-fatti: żnaturament tal-provi – Ksur tal-prinċipji ġenerali fil-qasam tal-oneru tal-prova u in dubio pro reo – Kontradizzjoni tal-motivazzjoni.V - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Ferriere Nord fir-rigward tal-gravità u tat-tul tal-akkordju – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trat

tament – Nuqqas ta’ motivazzjoni.VI - Żball manifest ta’ kalkolu (jew tal-inqas ineżattezza evidenti) fit-tnaqqis tal-multa imposta fuq Ferriere Nord – Eżerċizzju żbaljat tal-ġurisdizzjoni sħiħa – Nuqqasijiet ta’ motivazzjoni.VII - Illegalità taż-żieda tal-ammont bażiku tal-multa għar-reċidiva minħabba ksur tad-dritt

ijiet tad-difiża.VIII - Illegalità taż-żieda tal-ammont bażiku tal-multa għar-reċidiva minħabba ż-żmien li jkun għadda.IX - Illegalità taż-żieda tal-ammont bażiku tal-multa għar-reċidiva minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

____________

____________

1