Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-29 ta' Ġunju 2009 - Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier vs Conseil des ministres

(Kawża C-236/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta' Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi1 huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod iktar speċifiku mal-prinċipju ta' ugwaljanza u ta' nondiskriminazzjoni ggarantit mill-istess dispożizzjoni?

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda, huwa l-istess Artikolu 5(2) tad-Direttiva inkompattibbli wkoll mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jekk l-applikazzjoni tiegħu hija limitata biss għall-kuntratti ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja?

____________

1 - ĠU L 373, p. 37.