Language of document :

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2015 minn Netherlands Maritime Technology Association, li kienet Scheepsbouw Nederland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-140/13 - Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-100/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Netherlands Maritime Technology Association, li kienet Scheepsbouw Nederland (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, G. Forwood, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tal-appellanti

Tannulla s-sentenza taħt appell sa fejn ċaħdet ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni;

tannulla d-deċiżjoni appellata, jew alternattivament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għad-determinazzjoni skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti ta’ liġi; u,

fi kwalunkwe każ, tagħti lura l-ispejjeż lill-appellanti, inklużi l-ispejjeż fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta kkunsidrat is-suffiċjenza u l-kompletezza tal-eżami preliminari tal-Kummissjoni, b’mod speċifiku:

Fin-nuqqas li tikkunsidra b’mod xieraq l-argumenti kollha li fuqhom tibbaża ruħha l-appellanti fl-ewwel istanzi;

fit-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni; u

fl-għoti ta’ raġunament insuffiċjenti u kontradittorju.

L-argumenti prinċipali jistgħu jiġu sunti kif ġej:

Rigward l-ewwel kriterju, il-Qorti Ġenerali qrat b’mod żbaljat l-argumenti tal-Appellanti fir-rigward tal-istruttura kumplessa tal-Iskema l-ġdida tas-STL, l-implimentazzjoni tagħha stess u s-selettività tagħha u għalhekk ma kkunsidratx jekk id-deċiżjoni analizzat b’mod xieraq il-funzjonament tal-Iskema fl-intier tagħha, u flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ liġi fiskali u korporattiva.rigward it-tieni kriterju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest fil-qari tagħha tad-deċiżjoni, li wasslitha li tikkonkludi, b’mod żbaljat, li d-deċiżjoni evalwat b’mod suffiċjenti l-iskop tal-benefiċjarji tal-Iskema l-ġdida tas-STL.rigward it-tielet kriterju, il-Qorti Ġenerali naqqset milli tipprovdi raġunament suffiċjenti u koerenti għaliex id-deċiżjoni kkontestata kienet korretta li ma tikkunsidrax l-EIGs bħala benefiċjarji potenzjali tal-Iskema l-ġdida tas-STL, jew biex tiddefinixxi qafas ta’ riferiment biex jeva

lwa l-effetti tal-miżura. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi raġunament suffiċjenti li tispjega għaliex id-deċiżjoni appellata spjegat b’mod suffiċjenti kif l-Iskema l-ġdida tas-STL kienet parti inerenti tas-sistem

a ġenerali.