Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

(Kawża C-269/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

Partijiet oħra kkonċernati: Suomen Taksiliitto ry, Turun Seudun Invataksit ry, Hämeen Taksi Oy, Itä-Suomen Maakunnallinen Taksi Oy, Kainuun Taksivälitys Oy, Keski-Suomen Taksi Oy, Lounais-Suomen Taxidata Oy, Pohjois-Suomen Taksi Oy

Domandi preliminari

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar konċessjonijiet għal servizzi għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal arranġament globali li jinkludi, minn naħa, il-ħlas ta’ rimbors, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità, permezz ta’ skema ta’ rimbors dirett, u, min-naħa l-oħra, arranġament dwar il-riżervazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport, li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità?Kemm hija rilevanti l-konsegwenza, li tirriżulta indirettament minn dan l-arranġament globali, li l-għan tal-arranġament dwar ir-riżervazzjonijiet huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ trasport li l-Kansaneläkelaitos għandu jħallas mill-fondi pubbliċi?