Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – Frédéric Hay vs Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

(Kawża C-267/12) 1

(Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament – Ftehim kollettiv li jirriżerva vantaġġ fil-qasam tar-remunerazzjoni u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol lill-impjegati li jiżżewġu – Esklużjoni tal-imsieħba li jikkonkludu patt ċivili ta’ solidarjetà – Diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frédéric Hay

Konvenuta: Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour de cassation (Franza) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) - Ammissibbiltà ta’ ftehim kollettiv nazzjonali li jirriżerva vantaġġ fil-qasam ta’ remunerazzjoni u ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol lill-impjegati li jiżżewġu filwaqt li jeskludi minn dan il-vantaġġ lill-imsieħba li jikkonkludu patt ċivili ta’ solidarjetà - Diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentazzjoni sesswali - Possibbiltà li d-diskriminazzjoni indiretta tkun iġġustifikata minn għan leġittimu, neċessarju u xieraq

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha ħaddiem impjegat li jikkonkludi patt ċivili ta’ solidarjetà ma’ persuna tal-istess sess huwa eskluż mid-dritt li jikseb vantaġġi, bħal jiem ta’ leave speċjali u bonus salarjali, mogħtija lill-ħaddiema impjegati fl-okkażjoni taż-żwieġ tagħhom, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat ma tippermettix lill-persuni tal-istess sess jiżżewġu, sa fejn, fid-dawl tal-għan u tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-vantaġġi, dan jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ ħaddiem li jiżżewweġ.

____________

1 ĠU C 250, 18.08.2012.