Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2012 - AstraZeneca AB, AstraZeneca plc vs Il-Kummissjoni Ewropea, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA)

(Kawża C-457/10 P)

(Appell - Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tal-prodotti mediċinali antiulċerali - Użu abbużiv mill-proċeduri li jirrigwardaw iċ-ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali u mill-proċeduri għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti mediċinali - Dikjarazzjonijiet qarrieqa - Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fuq is-suq - Ostakoli għat-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti mediċinali ġeneriċi u għall-importazzjonijiet paralleli)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: AstraZeneca AB, AstraZeneca plc (rappreżentanti: M. Brealey QC, M. Hoskins QC, D. Jowell, Barrister u F. Murphy, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti), European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (rappreżentant: M. Van Kerckhove, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is Sitt Awla Estiża) tal-1 ta' Lulj 2010 - AstraZeneca vs Il Kummissjoni (T 321/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Ġunju 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 tat-Trattat KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/A.37.507/F3 - AstraZeneca), li timponi multa ta' EUR 60 miljun fuq ir-rikorrenti talli użaw b'mod abbużiv is-sistema tal-privattivi u l-proċeduri ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti farmaċewtiċi sabiex jipprevjenu jew idewmu l-wasla fis-suq ta' mediċini ġeneriċi kompetituri - Definizzjoni tas-suq - Interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 1768/92 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali

Dispożittiv

L-appell prinċipali u dawk inċidentali huma miċħuda.

AstraZeneca AB u AstraZeneca plc huma kkundannati għall-ispejjeż li jirrigwardaw l-appell prinċipali.

Il-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appell inċidentali tagħha u għandha tbati l-ispejjeż tagħha li jirrigwardaw l-appell prinċipali.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha li jirrigwardaw l-appell inċidentali tagħha.

____________

1 - ĠU C 301, 6.11.2010