Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Novembru 2008 - Sacem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftehma dwar il-ġestjoni kollettiva ta' drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société des auteurs, compositeurs et éditeurs de musique (Sacem) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: H. Calvet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/C2/38.698 - CISAC).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________