Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA

(Kawża C-659/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenuta: Azienda Napoletana Mobilità SpA

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2000/128/KE tal-11 ta’ Mejju 1999 1 tapplika wkoll fir-rigward tal-persuni li jimpjegaw li jeżerċitaw attività ta’ trasport pubbliku lokali – taħt sistema essenzjalment mingħajr kompetizzjoni, minħabba n-natura esklużiva tas-servizz ipprovdut – u li kienu bbenefikaw minn tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali bħala konsegwenza tal-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ taħriġ u ta’ xogħol, b’effett mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 407 tal-1990, fir-rigward, f’dan il-każ, tal-perijodu bejn l-1997 u Mejju 2001?

____________

1     Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 1999 dwar l-iskema ta’ għajnuna mogħtija mill-Italja fir-rigward tal-interventi li jippromwovu l-impjieg (innotifikata bin-numru C(1999) 1364) (ĠU 2000, L 42, p. 1).