Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2009 - Simba Toys vs UASI - Seven Towns (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta' ġugarell kubiku)

(Kawża T-450/09)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven Towns Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Settembru 2009 fil-Każ R 1526/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u dawk sostnuti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: rappreżentazzjoni tridimensjonali ta' ġugarell kubiku għal prodotti fil-klassi 28.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Seven Towns Ltd

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Simba Toys GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat ir-raġunijiet assoluti għal rifjut ippreżentati mir-rikorrenti; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tiegħu tal-kawża ta' revoka taħt l-Artikolu 71(ċ) tal-imsemmi regolament; ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jidentifika kompletament l-elementi tat-trade mark li għaliha saret it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni ċerti elementi tal-imsemmija trade mark.

____________