Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta' Marzu 2011 - Anheuser-Busch, Inc. vs Budějovický Budvar, národní podnik, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-96/09 P) 1

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 − Artikolu 8(4) − Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali u figurattiva BUD − Oppożizzjoni − Indikazzjoni ta' provenjenza ġeografika 'bud' − Protezzjoni skont il-Ftehim ta' Lisbona u t-trattati bilaterali li jorbtu żewġ Stati Membri - Użu fil-kummerċ - Sinjal li ma huwiex biss ta' sinjifikat lokali)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Anheuser-Busch, Inc. (rappreżentanti: V. von Bomhard u B. Goebel, avukati)

Appellati: Budějovický Budvar, národní podnik (rappreżentanti: F. Fajgenbaum, T. Lachacinski, C. Petsch u S. Sculy-Logotheti, avukati), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Diċembru 2008, Budĕjovický Budvar vs UASI (Kawżi magħquda T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06), li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjonijiet R 234/2005-2, R 241/2005-2, R 802/2004-2 u R-305/2005-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) li ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li rrifjutaw l-oppożizzjoni mressqa minn Budĕjovický Budvar, národní podnik kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "BUD" għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 - Ksur tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tas-16 ta' Diċembru 2008, Budějovický Budvar vs UASI - Anheuser-Busch (BUD) (T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06) hija annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali, rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 422/2004, tad-19 ta' Frar 2004, ikkkunsidrat b'mod żbaljat, l-ewwel nett, li s-sinjifikat tas-sinjal inkwistjoni, li ma jistax ikun biss lokali, għandu jkun esklużivament evalwat skont il-portata tat-territorju ta' protezzjoni ta' dan is-sinjal, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu tiegħu f'dan it-territorju, sussegwentement, li t-territorju rilevanti għall-evalwazzjoni tal-użu tal-imsemmi sinjal ma huwiex neċessarjament it-territorju ta' protezzjoni ta' dawn tal-aħħar, u, fl-aħħar nett, li l-użu tal-istess sinjal ma għandux neċessarjament iseħħ qabel id-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja.

2)    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)    Il-Kawżi magħquda T-56/06, T-60/06, T-62/06 u T-69/06 huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4)    l-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 113, 16.05.2009.