Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Frar 2015 – Kawasaki Motors Europe NV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

(Kawża C-91/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kawasaki Motors Europe NV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2009 1 , tat-3 ta’ Novembru 2009, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda huwa validu?