Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2018 – Klaus Manuel Maria Brisch

(Kawża C-102/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Klaus Manuel Maria Brisch

Domandi preliminari

Meta ssir applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew għas-Suċċessjoni, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 1 , l-użu tal-Formola IV (Anness 4), prevista fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014 u stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament Nru 650/2012 2 , huwa obbligatorju jew sempliċement fakultattiv?

____________

1 Regolament (UE) Nru 50/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2012, L 201, p. 107).

2 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2014, L 359, p. 30).