Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/07) 1

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sejħa għal offerti fir-rigward tat-twettiq ta' proġett li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta' traduzzjoni awtomatika tal-Kummissjoni - Kodiċi sors ta' programm tal-kompjuter ikkummerċjalizzat - Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur - Żvelar mhux awtorizzat ta' għarfien - Rikors għad-danni - Kwistjoni mhux kuntrattwali - Ammissibbiltà - Dannu reali u ċert - Rabta kawżali - Evalwazzjoni tal-ammont tad-dannu bħala somma waħda")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Systran SA (Parigi, Franza); u Systran Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-P. Spitzer u E. De Boissieu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Montaguti u M. F. Benyon, sussegwentement E. Traversa u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn A. Berenboom u M. Isgour, avukati)

Suġġett

Rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba numru ta' illegalitajiet imwettqa wara li saret sejħa għal offerti mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta' traduzzjoni awtomatika tagħha.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Systran SA kumpens bħala somma waħda ta' EUR 12 001 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 24.03.2007.