Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat in Tirol (l-Awstrija) fis-7 ta’ Awwissu 2013 – Ute Reindl, MPREIS Warenvertriebs GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Innsbruck

(Kawża C-443/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta fl-ewwel istanza u appellanti: Ute Reindl, MPREIS Warenvertriebs GmbH

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellata: Bezirkshauptmannschaft Innsbruck

Domandi preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1086/2011 1 , li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li laħam frisk tat-tjur għandu jissodisfa, fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, il-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fil-punt 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 2 ?

Operaturi fis-settur tal-ikel li huma attivi fl-istadju tad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel huma wkoll koperti, kompletament, mis-sistema stabbilita bir-Regolament Nru 2073/2005?

Il-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fil-punt 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jiġi osservat ukoll, fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, mill-impriżi fis-settur tal-ikel li ma humiex attivi fil-produzzjoni (iżda li huma attivi biss fl-istadju tad-distribuzzjoni)?