Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Lulju 2010 - AstraZeneca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/05) 1

"Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq ta' mediċini antiulċerali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Definizzjoni tas-suq - Restrizzjonijiet kompetittivi sinjifikattivi - Użu abbużiv ta' proċeduri dwar ċertifikati ta' protezzjoni supplementari għall-mediċini u ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' mediċini -Dikjarazzjonijiet li jiżgwidaw - Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta' tqegħid fis-suq - Ostakoli għat-tqegħid fis-suq ta' mediċini ġeneriċi u għall-importazzjonijiet paralleli - Multi"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Iżvezja); u AstraZeneca plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment M. Brealey, QC, M. Hoskins, D. Jowell, barristers, F. Murphy, G. Sproul, I. MacCallum u C. Brown, solicitors, sussegwentement M. Brealey, M. Hoskins, D. Jowell, F. Murphy u C. Brown, u fl-aħħar nett M. Brealey, M. Hoskins, D. Jowell u F. Murphy)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u A. Whelan, sussegwentement F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Van Kerckhove, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1757 finali, tal-15 ta' Ġunju 2005, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 82 [KE] u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/A 37.507/F3 - AstraZeneca).

Dispożittiv

    L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 1757 finali, tal-15 ta' Ġunju 2005, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 82 [KE] u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/A 37.507/F3 - AstraZeneca), huwa annullat sa fejn jistabbilixxi li AstraZeneca AB u AstraZeneca plc kisru l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE billi saqsew għar-revoka tal-awtorizzazzjonijiet ta' tpoġġija fis-suq tal-kapsuli tal-Losec fid-Danimarka u fin-Norveġja, flimkien mal-irtirar mis-suq tal-kapsuli tal-Losec u għall-introduzzjoni tal-pilloli tal-Losec MUPS f'dawk iż-żewġ pajjiżi, u dan sa fejn ġie kkunsidrat li dawn l-atti kienu ta' natura li jirrestrinġu l-importazzjonijiet paralleli tal-kapsuli tal-Losec fl-imsemmija pajjiżi.

Il-multa imposta mill-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni, in solidum fuq AstraZeneca AB u fuq AstraZeneca plc hija ta' EUR 40 250 000 u l-multa imposta mill-imsemmi artikolu fuq AstraZeneca AB hija ta' EUR 12 250 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

AstraZeneca AB u AstraZeneca plc ibatu 90 % tal-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-intervent tal-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA).

L-EFPIA tbati l-ispejjeż tagħha.

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent tal-EFPIA, kif ukoll 10 % tal-kumplament tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż ta' AstraZeneca AB u ta' AstraZeneca plc.

____________

1 - ĠU C 271, 29.10.2005.