Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta' Mejju 2010 - Mesopotamia Broadcast A/S METV vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-244/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mesopotamia Broadcast A/S METV

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

Qiegħda tintalab deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar jekk, u skont il-każ, taħt liema ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali tad-dritt nazzjonali dwar il-projbizzjoni ta' assoċjazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta' ftehim bejn il-popli taqax taħt qasam irregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE 1, tat-3 ta' Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE 2, tat-30 ta' Ġunju 1997, u għalhekk, hijiex eskluża skont l-Artikolu 2a tad-Direttiva?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta' Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224)

2 - Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta Ġunju 1997, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, minn regolamenti jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar l-eżerċizzju ta l-attivitajiet tax-xandir televiżivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321)