Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fit-2 ta' Jannar 2009 - Centre d'exportation du livre français (CELF), Ministre de la culture et de la communication vs Société internationale de diffusion et d'édition

(Kawża C-1/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centre d'exportation du livre français (CELF), Ministre de la culture et de la communication

Konvenuta: Société internationale de diffusion et d'édition

Domandi preliminari

Tista' l-qorti nazzjonali tissospendi l-proċeduri dwar il-kwistjoni tal-obbligu ta' rifużjoni ta' għajnuna mill-Istat sakemm il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewrpej tiddeċiedi permezz ta' deċiżjoni finali fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna mar-regoli tas-suq komuni, meta l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet iddikjarat din l-għajnuna kompatibbli ġiet annullata mill-qorti Komunitarja?

Meta l-Kummissjoni ddikjarat għal tliet darbiet li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni qabel ma dawn id-deċiżjonijiet ġew annullati mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, sitwazzjoni bħal din tista' tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali li tista' twassal lill-qorti nazzjonali sabiex tillimita l-obbligu ta' rkupru tal-għajnuna?

____________