Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d'appel de Paris (Franza) fid-29 ta' Ġunju 2011 - Alexandre Achughbabian vs Préfet du Val-de-Marne

(Kawża C-329/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alexandre Achughbabian

Konvenut: Préfet du Val-de-Marne

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008 1, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu L621-1 tal-code de l'entrée et du séjour des étrangers et du droit d'asile, li tipprevedi l-impożizzjoni ta' piena ta' ħabs għal ċittadin ta' pajjiż terz biss minħabba l-irregolarità tad-dħul tiegħu jew tar-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali?

____________

1 - Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).