Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta' Ottubru 2007 - Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-112/05)1

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 56 KE - Dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-kumpannija pubblika Volkswagen)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Benyon u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, A. Dittrich, aġenti u H. Wissel, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 u 56 KE - Kundizzjonijiet ta' privatizzazzjoni tal-Volkswagenwerk GmbH - Għoti ta' drittijiet speċjali lil ċerti azzjonisti - Rappreżentazzjoni obbligatorja ta' l-awtoritajiet pubbliċi lil Kunsill ta' amministrazzjoni tal-kumpannija, indipendentement min-numru ta' ishma li hija żżomm

Dispożittiv

1)    Billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 4(1) kif ukoll l-Artikolu 2(1) fid-dawl ta' l-Artikolu 4(3) tal-Liġi tal-21 ta' Lulju 1960, dwar il-privatizzazzjoni ta' l-ishma tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata Volkswagenwerk (Gesetz über die Überführung der Anteilsrechte an der Volkswagenwerk Gesellschaft mit beschränkter Haftung in private Hand), fil-verżjoni tagħha applikabbli għal din il-kawża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 56(1) KE.

2)    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 143, 11.06.2005