Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Frar 2017 – SCI Château du Grand Bois vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-59/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCI Château du Grand Bois

Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 76, 78 u 81 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 1 jawtorizzaw lill-aġenti li jwettqu kontroll fuq il-post jidħlu fl-artijiet ta’ razzett mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-operatur?

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din l-ewwel domanda, hemm lok li ssir distinzjoni skont jekk l-artijiet inkwistjoni humiex magħluqa jew le?

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din l-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 76, 78 u 81 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 huma kompatibbli mal-prinċipju tal-invjolabbiltà tad-domiċilju kif iggarantit mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

____________

1 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, tas-27 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur t l-inbid (ĠU L 170, p. 1).