Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Awissu – Secretary of State for Work and Pensions vs Tolley (deċeduta, li qegħda taġixxi permezz tar-rappreżentant personali tagħha)

(Kawża C-430/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions

Konvenut: Tolley (deċeduta, li qegħda taġixxi permezz tar-rappreżentant personali tagħha)

Domandi preliminari

L-element tad-dipendenza tad-Disability Living Allowance tar-Renju Unit huwa kklassifikat b’mod xieraq bħala invalidità pjuttost milli bħala benefiċċju tal-mard fi flus kontanti għall-finijiet tar-Regolament Nru 1408/71 1  ?

(i) Persuna li ma tibqax intitolata għad-Disability Living Allowance tar-Renju Unit taħt id-dritt nazzjonali ta’ dan tal-aħħar, peress li tkun marret toqgħod fi Stat Membru ieħor, u li tkun temmet kull attività professjonali qabel din iċ-ċaqlieqa, iżda li tibqa’ koperta bl-assigurazzjoni għax-xjuħija tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tar-Renju Unit, tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71?

(ii) Din il-persuna, fi kwalunkwe każ, tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fid-dawl tal-punt 19(c) tal-Anness IV tar-Renju Unit għar-Regolament Nru 1408/71?

(iii) Jekk din il-persuna ma baqgħetx suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit skont l-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, ir-Renju Unit huwa obbligat jew sempliċiment awtorizzat, permezz tal-punt 20 tal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, japplikalha d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament ?(i) Id-definizzjoni wiesgħa ta’ persuna impjegata fis-sentenza Dodl u Oberhollenzer (EU:C:2005:364) tapplika, għall-finijiet tal-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament Nru 1408/71, fejn il-persuna tkun temmet kull attività professjonali qabel ma ċċaqilqet lejn Stat Membru ieħor, minkejja d-distinzjoni magħmula fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament bejn, fuq naħa waħda, il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom u, min-naħa l-oħra, persuni qiegħda?(ii) Jekk tapplika din id-definizzjoni, din il-persuna hija intitolata li titrasferixxi l-benefiċċju permezz tal-Artikolu 19 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1408/71? L-Artikolu 22(1)(b) jista’ jipprevjeni li d-dritt tal-applikant li jkun intitolat għall-element tad-dipendenza tad-Disability Living Allowance jintgħeleb mir-rekwiżit ta’ residenza impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali meta jkun hemm trasferiment ta’ residenza minn Stat Membru għall-ieħor ?

____________

1 Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskem

i

tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).