Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Breyer vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-188/12) 1

(“Aċċess għal dokumenti Regolament (KE) Nru 1049/2001 Noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Rifjut ta’ aċċess”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Patrick Breyer (Wald-Michelbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Starostik, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Costa de Oliveira u H. Krämer, sussegwentement minn H. Krämer u M. Konstantinidis, aġenti, assistiti inizjalment minn A. Krämer u R. Van der Hout, sussegwentement minn R. Van der Hout, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti); u Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, C. Stege, S. Johannesson, U. Persson, K. Ahlstrand-Oxhamre u H. Karlsson, sussegwentment minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, L. Swedenborg, N. Otte Widgren, E. Karlsson et F. Sjövall, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2012 li tiċħad talba mressqa mir-rikorrent intiża sabiex jikseb l-aċċess għall-parir legali tagħha relatat mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2012 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess sħiħ għad-dokumenti relatati mat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24 mir-Repubblika tal-Awstrija u għad-dokumenti relatati mal-kawża li tat lok għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09, EU C:2010:455), sa fejn, fir-rigward ta’ din l-aħħar deċiżjoni, l-aċċess għan-noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ din il-kawża kien ġie rrifjutat.DispożittivId-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ April 2012 li tirrifjuta li tagħti lil Patrick Breyer l-aċċess sħiħ għad-dokumenti relatati mat-traspożizzjoni mir-Repubblika tal-Awstrija tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, u għad-dokumenti relatati mal-kawża li tat lok għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09), hija annullata sa fejn tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għan-noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest ta’ din il-kawża.Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2012 li tiċħad talba mressqa minn P. Breyer intiża sabiex jikseb l-aċċess għall-parir legali tagħha relatat mad-Direttiva 2006/24.Il-Kummis

sjoni għandh

a tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż sostnuti minn P. Breyer.Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.