Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña - Spanja) – Transportes Jordi Besora, SL vs Generalitat de Catalunya

(Kawża C-82/12) 1

(Taxxi indiretti – Dazji tas-sisa – Direttiva 92/12/KEE – Artikolu 3(2) – Żjut minerali – Taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut – Kunċett ta’ ‘għan speċifiku’ – Trasferiment ta’ kompetenzi lill-Komunitajiet Awtonomi – Finanzjament – Assenjazzjoni predeterminata – Infiq għal kura tas-saħħa u ambjentali)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Transportes Jordi Besora, SL

Konvenut: Generalitat de Catalunya

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Superior de Justicia de Cataluña - Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) - Żjut minerali - Taxxa speċjali fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ ċerti idrokarburi - Taxxi indiretti minbarra s-sisa b’għanijiet speċifiċi - Taxxa li għandha għan li jista’ jintlaħaq permezz ta’ taxxa armonizzata oħra - Taxxa stabbilita simultanjament ma’ dan it-trasferiment ta’ ċerti kompetenzi lir-reġjuni u intiża, parzjalment, li ssostni l-ispejjeż tar-reġjuni marbuta mal-kompetenzi l-ġodda ttrasferiti - Għan purament baġitarju

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ żjut minerali, bħat-taxxa fuq il-bejgħ ta’ ċerti żjut minerali (Impuesto sobre las Ventas Minoristas de Determinados Hidrocarburos) inkwistjoni fil-kawża prinċipali, billi tali taxxa ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li għandha għan speċifiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li din it-taxxa intiża sabiex tiffinanzja l-eżerċizzju mill-komunitajiet lokali kkonċernati tal-kompetenzi tagħhom fl-oqsma tas-saħħa u tal-ambjent, ma hijiex minnha nnifisha maħsuba sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent.

____________

1 ĠU C 138, 12.05.2012.