Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fit-2 ta’ Mejju 2016 – Austria Asphalt GmbH & Co OG vs Bundeskartellanwalt

(Kawża C-248/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Austria Asphalt GmbH & Co OG

Konvenut: Bundeskartellanwalt

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 1 , tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandhom jiġu interpretati fis-sens li bidla minn kontroll uniku għal kontroll bi sħab ta’ impriża eżistenti, f’ċirkustanzi fejn l-impriża li qabel kellha kontroll uniku ssir impriża li teżerċita kontroll bi sħab, tikkostitwixxi konċentrazzjoni biss meta l-impriża kkontrollata jkollha l-funzjonijiet kollha ta’ entità awtonoma fuq bażi dewwiema?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).